Wednesday, April 24, 2024

“L-immunità naturali toffri protezzjoni daqs il-vaċċin jew aktar u aktar fit-tul”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-Tabib Jean Karl Soler isostni li jeħtieġ li nibbażaw iżjed fuq ir-riċerka

“Irridu nagħmlu distinzjoni bejn li tkun infettat bil-Covid-19 u li jkollok il-PCR pożittiv. Dan għaliex inti tista’ tiġi pożittiv fil-PCR jekk ikollok kuntatt mal-virus u jkollok l-immunità, però l-virus tkun innewtralizzajtu xorta t-test jista’ jaqbad il-frak tal-virus. Jekk inti ġejt infettat u ma kellekx biżżejjed immunità, il-virus jirreplika f’ġismek u din hija l-infezzjoni. Wara l-ġisem ikun għaraf il-virus u meta tkun infezzjoni naturali mill-imnieħer u mhux bil-vaċċin, inti jkollok antikorpi f’imnieħrek ukoll u dawn jinnewtralizzah ġo mnieħrek, b’inqas ċans li tittrażmettih”. 

Hekk beda biex jispjega ma’ dan Talk.mt, it-tabib u riċerkatur Jean Karl Soler meta kkuntattjat biex iwieġeb dwar il-vaċċin u l-immunità.

Soler irreferiena għall-ġurnal Evaluation & Health Profession li sar minn N. Kojima, N.K Shrestha u  J.D. Klausner li qabad l-istudji kollha li saru qabdu l-aħjar 10 minnhom biex jaraw il-kejl tal-immunità.

Dawn sabu li jekk inti tkun infettat, il-protezzjoni milli terġa’ tiġi infettat huwa 90.4 fil-mija sostunut għal 10 xhur.

“Il-vaċċin huwa importanti meta użat tajjeb”

It-tabib Jean Karl Soler

“M’aħniex innaqqsu l-importanza tal-vaċċin. Il-vaċċin huwa importanti għax jekk persuna li jaqbadha l-Covid tista’ tmut inti ma tridhiex li jkollha l-immunità billi jaqbadha l-Covid u għalhekk dak huwa l-irwol tal-vaċċin”, ikompli Soler.

Soler jikkwota studji prospettivi mill-Iżrael u l-Ingilterra li juru li l-infezzjoni naturali tipproteġik ħafna iżjed mill-vaċċin u li ċ-ċans li terġa’ tiġi pożittiv huwa 0.7 fil-mija li tinżel għal 0.03 fil-mija fil-każi probabbli ta’ ri-infezzjoni.

It-tabib jgħid li l-argument tiegħu bażikament huwa li vaċċin li jista’ jagħtik effetti kollaterali u għalhekk dan m’għandux jintuża fuq persuni li diġà għandhom l-immunità naturali, iżda jintuża biex jitlaqqmu dawk vulnerabbli. Isaħħaħ l-argument tiegħu billi jsostni li dan kollu jista’ jiġi ssostanzjat minn ħafna studji li saru fl-aħħar xhur li minnhom irriżulta li “bħala regola ġenerali l-covid darba taqbdek gravi u ċ-ċans li tispiċċa l-Isptar jew l-ITU jekk terġa’ tiġi infettat huwa rari ħafna”.

Rigward is-sistema naturali ta’ immunità qal li din hija l-iktar sistema effiċjenti li jista’ jkollna. Tkellem dwar l-evoluzzjoni tal-virus.

“Min diġà kellu l-virus huwa ppruvat li l-vantaġġ tal-vaċċin huwa minimu u ċ-ċans tal-effetti kollaterali, anke jekk huma rari, huma aktar importanti mill-protezzjoni żgħira li qegħdin inżidu bil-vaċċin fost dawk diġà infettati”, tenna Soler.

AQRA WKOLL:

Sport