Friday, December 27, 2024

13-il xahar ħabs wara li provat tisraq lil ħabibitha waqt li kienet tieġ

Aqra wkoll

Meriam Abdussalam Mouaddea kellha s-sentenza ta’ 13-il xahar ħabs ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell wara li kienet instabet ħatja mill-Ewwel Qorti li fl-2014 kienet ipprovat tisraq minn dar f’Tas-Sliema.

Kien Lulju tal-2014 meta sid id-dar kienet mistiedna għat-tieġ u wara li rritronat id-dar indunat li xi ħadd ipprova jisgassa l-bieb ta’ barra. Jirriżulta li l-akkużata kienet mistiedna wkoll għal istess tieġ. Fil-Qorti kien intqal li l-marki tas-swaba’ qablu ma’ tal-akkużata.

4 snin wara Mouaddea kienet instabet ħatja tal-akkużi u kienet ingħata setenza ta’ 13-il xahar ħabs u ġiet ordnata tħallas €580 fi spejjeż tal-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni qalet li sid id-dar kienet għamlet rapport l-għassa tal-pulizija wara li rritornat mit-tieġ li xi ħadd ipprova jisgassa l-bieb ta’ barra. Meta l-pulizija kienu wrew ritratti tal-akkużata lill-persuna li għamlet ir-rapport qalet li taf min hu u li kienet ħabiba tagħha.

Dakinhar l-akkużata meta kienet mitkellma mill-pulizija kienet ċaħdet kollox.

Sid id-dar qalet li l-akkużata kienet marret għandha xi 3 xhur qabel seħħ il-każ. Qalet li Mouaddea ma kinitx marret it-tieġ u wara l-istess tieġ hi ma kelmitx aktar.

Il-Qorti tal-Appell, qalet li l-marki tas-swaba’ tal-akkużata kienu nstabu eżatt ħdejn is-serratura u nnotat li dawn ma jistax ikun li baqgħu hemm mill-aħħar darba li kienet marret għadha.

Minkejja li sid id-dar qalet li xtaqet li taħfrilha, l-Imħallef ċaħda t-talba fl-appella u kkonferma s-sentenza tal-Ewwel Qorti.

Ekonomija

Sport