Saturday, December 21, 2024

135 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 57 persuna

Aqra wkoll

Mill-2,779 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 135 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 57 persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa għal 1,512.

Intant mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 36 persuna pożittiva wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-virus, 14-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 10 każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi għall-virus, u 19-il każ minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport