Friday, April 26, 2024

Jikser ir-rekord tal-iżgħar player fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Il-player żagħżugħ ta’ Glenavon, Christopher Atherton, kiser ir-rekord tal-iżgħar player li qatt lagħab fl-ogħla livell ta’ pajjiżu.

It-tifel tal-iskola tal-Irlanda ta’ Fuq, Atherton, sar l-iżgħar player  fir-Renju Unit fl-etá ta’ 13-il sena u 329 jum meta nhar it-Tlieta lagħab ma’ Glenavon.

Iż-żagħżugħ daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima fir-rebħa tagħhom ta’ 6-0 fuq Dollingstown fil-League Cup.

U huwa malajr ħalla impatt  billi pprovda assist għas-sitt goal ta’ Glenavon.

Atherton kiser ir-rekord li kien ilu mwaqqaf 42 sena minn Eamon Collins, li lagħab ma’ Blackpool fl-eta’ ta’ 14-il sena u 323 ġurnata meta għamel id-debutt mat-Tangerines fid-9 ta’ Settembru, 1980.

Sport