Monday, February 3, 2025

15-il ħaddiem tal-Agrikoltura jinqatlu b’karozza bomba fis-Sirja

Aqra wkoll

Mill-inqas 15-il ħaddiem tal-agrikoltura nqatlu fol-belt ta’ Manbij fis-Sirja hekk kif terroristi splodew karozza.

Uffiċjali Sirjani qalu li fost il-15-il persuna mejtin kien hemm mara. Ma’ dawn hemm madwar 15-il persuna oħra li kellhom jiddaħlu l-isptar u kollha jinsabu fil-periklu tal-mewt.

Jirriżulta li l-karozza bomba splodiet hekk kif baqgħet dieħel f’vann li kienet qiegħda ġorru lill-ħaddiema biex imorru x-xogħol.

S’issa l-ebda grupp ma refa’ r-responsabbilità ta’ dan l-attakk. Dan kien it-tieni attakk terrorisitku f’inqas minn 72 siegħa hekk kif nhar is-Sibt li għadda nqatlu żewġt itfal u mara fi splużżjoni li seħħet fiċ-ċentru tal-belt ta’ Manbij.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport