Tuesday, April 23, 2024

15-il każ ġdid; 4 mill-cluster tal-festa ta’ Santa Venera, u 2 minn cluster f’Paceville

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ persuni infettati bil-coronavirus tela’ għal 185, wara li fl-aħħar 24 siegħa kienu rapportati 15-il każ ġdid bi tnejn minnhom relatati ma’ cluster f’Paceville. Dan qaluh l-awtoritajiet tas-saħħa li qalu wkoll li minn dawn il-każi ġodda kien hemm ukoll erba’ każi relatati mal-festa ta’ Santa Venera.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li kien hemm żewġ każi li kienu importati, filwaqt li s-sebgħa l-oħrajn huma sporadiċi.

Intant fl-istess waqt kien hemm persuna li rkuprat mill-virus.

In-numru ta’ swab tests li saru minn Marzu ’l hawn tela’ għal 130,165 wara li lbieraħ saru 1,418-il swab test.

Sport