Sunday, December 22, 2024

15-il każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 13 oħra

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 15-il każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm 13 oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 220. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ 460 wara li bejn ilbieraħ u llum ma kienet irreġistrat l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. 

Bħalissa hemm 11-il pazjent rikoverat l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erbgħa jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-Erbgħa filgħaxija kienu ngħataw 873,859 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 48,676 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport