Sunday, October 27, 2024

15-il qanfud addottati bħala parti minn kampanja 

Aqra wkoll

Fil-ġimgħa ddedikatta lis-sostenibbiltà, il-kumpanija Melita Limited ingħaqdet mal-organizzazzjonijiet Nature Trust u Wildlife Malta u rnexxielha tadotta 15-il qanfud. 

Din l-addozzjoni se tkun qed toffri għajnuna lil dawn l-organizzazzjonijiet, sabiex dawn jiġu pprovduti bil-materjal kollu meħtieġ sabiex jikkuraw u jirrilaxxaw lill- istess kreaturi fis-selvaġġ ġaladarba jkunu b’saħħithom. 

Minbarra l-addozzjoni tal-qniefed, fil-ġimgħa tas-sostenibbiltà l-impjegati ta’ Melita taw daqqa t’id lid-Dar tal-Providenza b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni. 

Minbarra hekk, l-ħaddiema poġġew bins f’kull dipartiment sabiex jiġbru kontenituri tax-xorb tal-iskema BCRS u bl-istess flus li ġabru, taw donazzjoni lil Dar Merħba Bik. 

Huma kkollaboraw ukoll ma’ MOVE, ġabru l-flus sabiex jitħawlu qrib 60 siġra. 

Sport