Monday, May 13, 2024

“Dak ibni u minkejja li diffiċli aħna l-ġenituri se naħfrulu”

Koppja anzjana tixhed fil-Qorti f’każ ta’ binha

Aqra wkoll

Hekk kif kien qiegħed jinstema fil-Qorti każ ta’ raġel ta’ 47 sena bi problemi tad-droga, xehdu koppja anzjana ta’ 72 sena u ta’ 76 sena,  fejn fil-Qorti qalu li l-akkużat kien binhom u li minkejja li hija sitwazzjoni diffċli, huma jriduh lura d-dar magħhom. 

Fil-Qorti, l-akkużat ammetta li kien ikun vjolenti maż-żewġ ġenituri tiegħu u li kien jitlobhom iil-flus sabiex ikun jista’ jixtri d-droga. L-akkużat, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ammetta wkoll li kien jheddidhom u jbeżżahom. 

Il-Maġistrat Lara Lanfranco qalet li jidhrilha li r-raġel m’għandux jingħata piena ta’ ħabs effettiva u għandu jingħata sentenza sospiża biex jingħata l-għajnuna ħalli jikkontrolla r-rabja u ma jerġax jirrepeti l-inċident li kellu mal-ġenituri li jixtiqulu l-ġid.

Kien għalhekk li l-Qorti kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u qegħditu taħt ordni ta’ probation u ta’ trattament għal tliet snin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sherona Buhagiar.

Sport