Friday, December 27, 2024

1,578 e-Scooters liċenzjati … s’issa l-ebda pjan biex il-helmet tkun mandatorja

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sal-21 ta’ Ġunju kien hawn 1,578 eKickScooters liċenzjati. Sa issa ma hemm l-ebda pjan sabiex l-użu tal-helmet isir mandatorju meta jiġi misjuq l-e-Scooter.

Dan qalu l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Aaron Farrugia meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo. 

Il-Ministru Farrugia qal li għalkemm l-użu tal-helmet mhuwiex mandatorju, Transport Malta dejjem issuġġeriet li jintuża helmet, bħal fil-każ tas-sewqan tar-roti, fejn helmet ukoll mhix mandatorja li tintuża.

Tenna li sa issa ma hemmx pjanijiet li jsir tibdil ulterjuri fl-infrastruttura tat-toroq biex jakkomoda speċifikatament dan it-tip ta’ sewqan. Madanakollu, l-liġi sussidjarja S.L 499.67 hija ċara fir-rigward ta’ kif, fejn u b’liema veloċità jistgħu jinstaqu l-eKickScooters sabiex tigi ssalvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà kemm tas-sewwieq kif ukoll ta’ dawk kollha li qed jagħmlu użu mit-triq jew il-post fejn qed jinstaq l-eKickScooter.

Ekonomija

Sport