Thursday, March 28, 2024

16-il ħanut tax-xagħar jaħdmu b’xejn għal għan nobbli

Aqra wkoll

16-il ħanut tax-xagħar madwar pajjiżna lbieraħ ingħaqdu flimkien għal għan wieħed li huwa tassew nobbli.

Dan hekk kif għażlu li jaħdmu b’xejn u biex il-flus li jinġabru minn din l-attività jingħataw lill-Malta Community Chest Fund Foundation.

Għall-prezz ta’ €10, dawk kollha li żaru dawn il-ħwienet ta’ Screen Salons, li huma mifruxa mal-gżira minn Marsaskala sal-Mellieħa, setgħu jibbenefikaw minn tliet servizzi ta’ qatgħa, trattament u ‘blowdry’ u fl-istess waqt ikunu qed jikkontribwixxu biex jiġu mgħejuna aktar nies fil-bżonn.

Fost dawk li żaru dawn il-ħwienet matul il-jum tal-bieraħ kien hemm Miriam Vella, mart il-President George Vella.

Ekonomija

Sport