Numru ieħor ta’ immigranti nqabdu jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari waqt l-ispezzjonijiet li saru mill-Pulizija lbieraħ filgħaxija fejn kienu assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni.
L-ispezzjonijiet saru fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u Birżebbuġa, fejn instabu 16-il persuna jgħixu b’mod irregolari.
Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mill-Gambja, mill-Mali, mis-Sirja, mill-Benin u mill-Pakistan – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.
Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.