Sunday, May 5, 2024

ARA: Persuna arrestata wara kommossjoni f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel qed jinżamm arrestat, wara li għall-ħabta tad-9:00 a.m., sar aggressiv u qabad jitfa’ diversi oġġetti mill-appartament tiegħu għal ġot-triq.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-każ seħħ fi Triq Bordino, f’San Pawl il-Baħar. Immedjatament, il-Pulizija marru fuq il-post biex jikkalmaw il-kommossjoni li nħolqot, u fi ftit ħin irnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni u arrestawh.

Bħalissa huwa qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.

Sport