1,640 ilment quddiem l-MCCAA fl-ewwel 10 xhur tas-sena

Aqra wkoll

Din is-sena sal-aħħar t’Ottubru kienu rreġistrati 1,640 ilment quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA). Dan ifisser 84 ilment aktar minn dak irreġistrat matul it-12-il xahar tas-sena li għaddiet. 

Mit-total ta’ lmenti li ġew irreġistrati dis-sena, 505 kienu riżolti b’mod amikevoli filwaqt li 346 kienu riferuti quddiem it-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur. 

Fis-sena 2025 kienu rreġistrati b’kollox 1,556 ilment quddiem l-MCCAA, b’514 minnhom jiġu riżolti b’mod amikevoli mentri 332 oħra ġew riferuti quddiem it-Tribunal. Jirriżulta wkoll li fl-2024 tressqu 1,234 ilment quddiem l-Awtorità, fl-2023 tressqu 1,189 ilment waqt li fl-2022 tressqu 1,187 ilment. 

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Keith Azzopardi Tanti fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ. 

Il-Ministru Azzopardi Tanti ċċara li d-differenza fit-total ta’ lmenti riżolti b’mod amikevoli u dawk riferuti quddiem it-Tribunal hi attribwita għal ilmenti li ġew irtirati mill-konsumatur, li nfetħu għal fini informattivi biss, jew li ma setgħux jiġu segwiti minħabba li ma kinux azzjonabbli. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport