Wednesday, April 24, 2024

17-il mediċina b’xejn għall-kanċer mill-2017 ‘l hawn

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru ntqal li mill-2017 ’l hawn madwar 17-il mediċina ġdida għall-kanċer bdew jingħataw b’xejn.

L-istqarrija tkompli li matul din il-leġiżlatura, bdew jiddaħħlu aktar mediċini tal-kanċer ġodda tal-ogħla livell fuq il-formularju tal-Gvern. S’issa diġà ddaħħlu madwar 17-il mediċina u ’l fuq minn 500 pazjent fis-sena qed jibbenefika minn dawn il-mediċini.

It-trattament, Pembrolizumab, ġie ċċertifikat mill-Awtorità Ewropea tal-Medċina (EMA) biex jintuża għall-kanċer tas-sider tat-tip triple negattiv fid-19 ta’ Ottubru li għadda. Immedjatament il-Ministeru għas-Saħħa beda l-proċess biex ikun jista’ jinkludi dan it-trattament għal dan it-tip ta’ kanċer.

Sport