Tuesday, July 21, 2026
Home Covid-19 18-il każ ġdid ta’ Covid-19 u l-każi attivi jkomplu jinżlu

18-il każ ġdid ta’ Covid-19 u l-każi attivi jkomplu jinżlu

0
806
Ritratt: Roger Azzopardi

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 18-il każ ġdid u rkupraw 49 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 523.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 23 persuna rikoverati u li erba’ minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

Il-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 456 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 813,115 doża tal-vaċċin li minnhom 5,450 huma booster dose.