Wednesday, July 24, 2024

20 każ ġdid … ifiqu 2 … il-każi attivi jitilgħu għal 249

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa b’rabta mas-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna fl-aħħar sigħat saru 1,839 swab test.

Minn dawn kien hemm 20 li rriżultaw pożittivi għall-virus. Fl-ispjegazzjoni qasira tal-każi l-awtoritajiet qalu li ħamsa minnhom jiffurmaw parti mill-cluster ta’ Paceville, erbgħa relatati ma’ każi ta’ qabel u l-oħrajn huma każi sporadiċi.

Il-maġġoranza tal-każi sporadiċi ma kellhomx kuntatt ma’ persuni oħra waqt li kienu bis-sintomi.

Min-naħa l-oħra kien hemm żewġ persuni li fiequ u b’hekk il-każi attivi telgħu għal 249.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/189558646096020
Ekonomija

Sport