Home Aħbarijiet Lokali 20 xahar ħabs sospiżi talli f’Paceville ta daqqa ta’ ponn lil pulizija u gidmu

20 xahar ħabs sospiżi talli f’Paceville ta daqqa ta’ ponn lil pulizija u gidmu

0
20 xahar ħabs sospiżi talli f’Paceville ta daqqa ta’ ponn lil pulizija u gidmu

Raġel ġie kkundannat 20 xahar ħabs sospiżi għal 30 xahar wara li nstab ħati li meta kien f’Paceville ta’ daqqa ta’ ponn lil pulizija li mar jintervjeni wara li rah jargumenta ma’ xi bouncers u anke gidmu f’idu.

L-imputat kien mixli li fis-7 ta’ Marzu tal-2022 bejn it-3.00am u s-6.00am attakka jew irreżista surġent tal-Pulizija u weġġgħu ħafif; inġurja jew hedded surġent ieħor u żewġ kuntistabbli; offenda l-pudur b’għemil f’lok pubbliku; kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied; m’obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija u kiser sentenza tal-Qorti.

Il-prosekuzzjoni spjegat li grupp ta’ pulizija li kienu stazzjonijiet Paceville  innutaw bouncers ta’ stabbiliment jargumentaw ma’ raġel u jwaqqfuh milli jidħol. Hekk kif wieħed mill-pulizija resaq lejn l-akkużat dan tah daqqa ta’ ponn f’wiċċu. Huwa kien arresatat u baqa’ aggressiv fejn anke gidem subgħa ta’ pulizija. Fl-għassa beda joffendi lill-pulizija.

Meta kien mitkellem mill-Pulizija, fl-istqarrija li ta qal li waqt li kien  fi stabbiliment xi rġiel bdew jittantaw tfajla li kienet miegħu. Huwa li ammetta li pejjep il-ħaxixa, li kien irrabjat u li kixef il-warrani lill-pulizija imma qal li ma riedx iweġġa’ lill-pulizija.

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech xehed fost l-oħrajn is-surġent tal-pulizija li weġġa’ fejn qal li kienu rċivew diversi rapporti minn stabbilimenti tad-divertiment li keċċew lill-akkużat u ma riduhx jidħol.

Il-Maġistrat Frendo Dimech fis-sentenza tagħha qalet li l-bodycams tal-pulizija jikkorraboraw dak li qalu l-istess pulizija fuq l-inċident u sabitu ħati tal-akkużi kollha ħlief dik li kiser sentenza tal-Qorti għax qalet li ma rriżultatx.

Meta ġiet biex tagħti l-piena rrimarkat li l-uffiċjali fil-mira kienu erbgħa u li huwa mhux l-ewwel darba li kkommetta reati simili.

Minbarra l-20 xahar sospiżi għal 30 xahar immultatu €4,600 u ordnatlu jagħti kumpens ta’ €300 lis-surġent tal-pulizija li weġġa’.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here