Home Sport Malta tilgħab għall-midalja tal-bronż wara draw ma’ Ġibiltà

Malta tilgħab għall-midalja tal-bronż wara draw ma’ Ġibiltà

0
Malta tilgħab għall-midalja tal-bronż wara draw ma’ Ġibiltà

It-tim nazzjonali Malti tal-hockey illum se jkun qed jilgħab l-play-off importanti għat-tielet post u r-raba’ post fil-kampjonat ta’ kwalifikazzjoni tat-tieni diviżjoni tal-Euro Hockey kontra l-Lussemburgu.

Dan kollu ġie deċiż wara li l-Maltin ġew draw ta’ 2-2 kontra Ġibilta’ f’logħba ferm interessanti.

It-tim Malti fetaħ tajjeb u mar minn fuq fit-tieni quarter meta l-captain Thomas Degiovanni kkonverta penalty stroke b’kunfidenza liema bħalha. Ftit qabel il-mistrieħ, Deemer Rapinett kabbar il-vantaġġ għal 2-0 wara azzjoni veloċi.

Kien hawn li Ġibiltà żiedu l-pressjoni u wara li Craig Bossano-Anes naqqas id-distakk, Jack Cox skorja minn penalty corner biex assigura r-riżultat li poġġa lil Ġibiltà fl-ewwel post tal-grupp u fil-finali kontra l-Litwanja.

Wara prestazzjoni determinata kontra avversarji li baqgħu mhux megħluba fil-kompetizzjoni, Malta issa tiffoka fuq il-play-off għat-tielet post kontra l-Lussemburgu, li se jintlagħab illum fit-3.30pm, bil-għan li ttemm l-impenji tagħha b’rebħa u midalja tal-bronż.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here