Home Internazzjonali L-Iran jagħlaq l-Istrett ta’ Hormuz… l-Istati Uniti jerġa’ jattakka

L-Iran jagħlaq l-Istrett ta’ Hormuz… l-Istati Uniti jerġa’ jattakka

0
L-Iran jagħlaq l-Istrett ta’ Hormuz… l-Istati Uniti jerġa’ jattakka

It-tilwima bejn l-Istati Uniti u l-Iran kompliet għaddejja fl-aħħar sigħat hekkkif l-Iran ħabbar li kien qiegħed jgħalaq l-Istrett ta’ Hormuz kif ukoll spara fuq bastiment li kien għaddej minn l-istess żona.

B’risposta għal dan l-Istati Uniti b’ordni tal-President Trump wettqu diversi attakki fuq l-Iran.

Il-forzi Iranjani qalu li kienu qegħdin jgħalqu l-Istrett sakemm jinħareġ avviż ieħor u dan “minħabba aggressjoni” min-naħa tal-Istati Uniti.

L-Iran ukoll wettaq attakki fuq bażijiet militari Amerikani li jinsabu fil-Ġordan, fil-Qatar, fil-Kuwajt u fil-Bahrain b’risposta għal attakki mill-Istati Uniti.

It-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet tiżdied b’attakki li l-Iran wettaq fuq mill-inqas 3 bastimenti li kienu għaddejjin mill-Istrett kif ukoll minħabba theddida li jista’ jinqatel il-President tal-Istati Uniti Donald Trump.

Fl-aħħar sigħat l-Istati Uniti qalet li kienet attakkat 140 mira fl-Iran fosthom postijiet fejn kienu qegħdin jinħażnu missili u drons. Attakkat ukoll networks tal-komunikazzjoni u postijiet oħrajn li l-Iran għandu biex iwettaq is-sorveljanza.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here