Saturday, November 23, 2024

Aqra wkoll

It-timijiet Maltin kollha jikkwalifikaw għall-fażi eliminatorja

Il-ħames ġurnata tal-logħob mit-tazza tan-nazzjonijiet 2024 fi Bridlington kienet waħda ta’ sodisfazzjon kbir hekk kif it-timijiet Maltin li qed jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni kollha għaddew għall-fażi eliminatorja.

It-tim A tal-irġiel kiseb żewġ rebħiet tajba ta’ 16-9 kontra l-Katalunja u 18-7 kontra Shetland għalkemm kien żvinturat li tilef il-logħba kontra l-Ingilterra A 13-12. F’din l-aħħar logħba, il-Maltin kienu qed jitilfu 12-7 u wettqu rimonta liema bħalha sabiex ġabu d-draw u kien biss fid-decider li l-Maltin baxxew rashom.

Anke t-tim B kellu żewġ riżultati pożittivi kontra l-Iskozja B1 14-7 u kontra l-Irlanda B 13-8 għalkemm tilfu 11-10 kontra Wales B1.

Min-naħa l-oħra, it-tim tas-seniors rebaħ lill-Irlanda 14-11 filwaqt li tilfu bl-istess skor kontra l-Iskozja

Finalment il-Masters kellhom rebħa u telfa fiż-żewġ konfronti li lagħbu meta għelbu lill-Afrika t’Isfel 17-8 filwaqt li tilfu bl-istess skor kontra l-Iskozja.

Fis-sitt ġurnata ta’ logħob it-timijiet Maltin se jkunu impenjati b’dan il-programm (ħinijiet lokali)

10:00 – Malta Men’s A vs Awstralja A

10:00 – Malta Men’s B vs Skozja B

12:30 – Malta Men’s B vs Wales B

12:30 – Malta Seniors vs Katalunja

Aktar tard illum tibda wkoll il-fażi eliminatorja ta’ din il-kompetizzjoni.

Sport