Sunday, November 24, 2024

203,547 użaw is-servizz tal-fast ferry fit-tielet kwart tas-sena

Aqra wkoll

Fit-tielet kwart tas-sena, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex ra żieda fil-vjaġġi, passiġġieri u vetturi meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. 

Statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li bejn Lulju u Settembru 2021, saru b’kollox 12,785 vjaġġ li bejniethom ġarru total ta’ 1,605,604 passiġġier. Awwissu kien l-aktar xahar bieżel meta ġew irreġistrati b’kollox 4,282 vjaġġ jew 33.6% tat-total. 

L-istatistika turi wkoll li total ta’ 1,402,030 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bejn Lulju u Settembru tal-2021, żieda ta’ 9.7% meta mqabbel mal-istess kwart tal-2020. 

L-akbar numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Awwissu (487,074). Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel in-numru ta’ vetturi li qasmu l-fliegu żdiedu b’5.7%, biex laħħqu l-551,438. In-numru ta’ vjaġġi kienu jammontaw għal 8,552 – żieda ta’ 3% fuq l-istess perjodu tal-2020.

Ta’ min isemmi li f’Ġunju tal-2021, beda jopera is-servizz tal-fast ferry bejn l-Imġarr, Għawdex u l-Belt Valletta. B’kollox saru 4,206 vjaġġi fit-tielet kwart ta’ din is-sena u ġarrew b’kollox 203,574 passiġġier. L-akbar numru ta’ vjaġġi saru f’Settembru – 1,419, waqt li Awwissu ra l-akbar numru ta’ passiġġieri li wżaw dan is-servizz – 73,104.

Sport