Tuesday, April 30, 2024

Covid-19: 12-il pazjent fl-Isptar – persuna l-ITU

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet ħabbru li fl-aħħar sigħat ġie rreġistrat 11-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 11-il persuna oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li dan ifisser li l-ammont ta’ persuni li bħalissa għandhom il-Coronavirus f’pajjiżna huwa ta’ 271.

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 459 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kienet irrappurtata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.

Bħalissa hemm 12-il persuna rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Coronavirus, b’persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 853,683 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 34,300 kienu dożi tal-booster.

Sport