Wednesday, March 27, 2024

Tikkunsmax dan il-prodott jekk int allerġiku għall-ġellewż

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika xtaq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ġellewż minħabba li nstab li fih traċċi ta’ ġellewż li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.

Isem tal-prodott:Belgian Dark Chocolate with Raisins & Almonds
Dittà:Waitrose
Piż / kontenitur:180g
Data ta’ Skadenza:Novembru 2022

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Ekonomija

Sport