Friday, December 27, 2024

Iż-żewġ timijiet Spanjoli fil-vantaġġ

Aqra wkoll

Meta ntlagħbu ż-żewġ partiti l-oħra mill-ewwel leg tal-kwarti-finali tal- UEFA Champions Lea­gue,  iż-żewġ timijiet Spanjoli, Barcelona u Atletico Mad­rid għamlu pass importanti lejn is-semi-finali  meta għelbu lil Paris St-Germain (3-2) u lil Borussia Dortmund (2-1) rispettivament

Paris St-Germain…….. 2

Barcelona………………. 3

Barra minn darhom, Barcelona għelbu lil Paris St-Germain bl-iskor ta’ 3-2 f’partita mill-aktar pjaċevoli.

Fl-ewwel ħames minuti, Paris St-Germain ħelsuha ħafif meta kellu jkun l- goalkeeper, Gianluigi Don­narumma, providenzjali hekk kif innewtralizza lil Raphinha barra l-kaxxa me­ta ħarab in-nasba tal-offside.

Fit-22 minuta, il-Katalani kienu għoddhom fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, Donnarumma ħareġ ħażin u naqas li jagħmel kuntatt mal-ballun biex id-daqqa ta’ ras ta’ Ro­bert Lewandowski dehret  dieħla fix-xibka iżda d-di­fensur, Nuno Mendes, irnexxielu jsalva l-ballun minn fuq il-linja fatali.

Żewġ minuti wara, kellu jkun Donnarumma li salva in extremis l-kanunata ta’ Raphinha minn barra l- kaxxa.

Iżda fis-36 minuta, l-is­tess Raphinha xeħet fir-rokna tas-saqaf tax-xibka wara li Donnarumma naqas li jżomm il-cross insidjuż ta’ Lamine Yamal.

Peró, il-Pariġini skorjaw żewġ goals fi spazju ta’  tliet minuti minn Ousmane De­m­bele (48) u Vitinha (51).

Iżda Raphinha (62) kiseb id-draw mill-pass ta’ Pedri filwaqt li s-sostitut, Andreas Christensen (77) ta r-rebħa lill-Katalani. 

Aletico Madrid……………. 2

Borussia Dortmund…….. 1

Atletico Madrid laqgħu lil Borussia Dortmund u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1.

Appena għaddew ħames minuti, Atletico fetħu l- iskor meta l-goalkeeper ta’ Dortmund, Gregor Kobel, għadda l-ballun lid-difensur, Ian Maatsen, f’tarf il-kaxxa l-kbira li kien taħt pressjoni kbira bil-konsegwenza li tilef il-ballun għas-spejjeż ta’ Rodrigo De Paul li, b’lasti vojta xeħet il-ballun fix-xibka.

Wara dan il-goal, Borussia ppruvaw jagħmlu reaz­zjoni u mal-ħin saru l-aħjar team, tant li gawdew ħafna mill-inizjattiva.

Madankollu, huma rari resqu lejn il-lasti avversarji.

Anzi, kienu Atletico li rduppjaw minn Samuel Lion meta xeħet fix-xibka mill-cross ta’ Antoine Griezmann.

Iżda Sebastien Haller (81) ta tama ġdida lil Borussia.

Ekonomija

Sport