Thursday, October 1, 2026
Home Sport Wara t-tripletta kontra Malta, Nicoló Tresoldi jiġbed l-attenzjoni ta’ Jurgen Klopp

Wara t-tripletta kontra Malta, Nicoló Tresoldi jiġbed l-attenzjoni ta’ Jurgen Klopp

0
56
Ritratt: Mark Mangion

Waqt li għadu jrid jiddeċiedi dwar il-futur tiegħu bejn l-Italja u l-Ġermanja, Nicolò Tresoldi kompla jmexxi lit-team Ġermaniż ta’ taħt il-21 sena b’goals u bil-faxxa ta’ captain ma’ driegħu. L-attakkant ta’ Club Brugge skorja tripletta fir-rebħa ta’ 4-1 kontra Malta f’partita mill-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew li se jsir fis-sajf tal-2027 fl-Albanija u s-Serbja.

L-aħħar wieħed mit-tliet goals kien spettakolari. Tresoldi dawwar free-kick minn barra l-kaxxa, bil-ballun jispiċċa eżatt taħt il-mimduda qabel spiċċa fix-xibka.

B’dawn it-tliet goals, Tresoldi sar it-tielet l-aqwa skorer fl-istorja tat-team Ġermaniż ta’ taħt il-21 sena, b’16-il goal f’26 partita, u qabeż lill-leġġenda Ġermaniża, Rudi Voeller.

Wara l-partita, il-kowċ tat-tim Ġermaniż ta’ taħt il-21 sena, Antonio Di Salvo, tkellem dwar it-taqtiegħa bejn l-Italja u l-Ġermanja għall-player. 

“Kollox huwa possibbli, iżda din il-mistoqsija trid issaqsiha lil Nicolò,” qal f’intervista . “Jien u Jurgen Klopp għednilu li huwa player li qed nistrieħu fuqu. Nispera li xi darba, meta jkun lest, jieħu d-deċiżjoni u jagħżel lill-Ġermanja. Madankollu, ma rridux inżidu l-pressjoni fuqu.”

Għal Tresoldi, imwieled fl-2002, lanqas ma huwa eskluż minn futur fis-Serie A. Fil-passat kien hemm interess minn Milan, Roma u Lazio, għalkemm s’issa l-ebda club Taljan ma għamel kuntatt dirett miegħu.

Tresoldi kiber f’Milan u l-ħolma tiegħu hija li xi darba jilgħab mar-Rossoneri. Il-kuntratt tiegħu ma’ Club Brugge huwa validu sa Ġunju tal-2029, filwaqt li hemm ukoll interess minn clubs barranin. Il-valur tiegħu fis-suq huwa stmat għal aktar minn €20 miljun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here