Thursday, October 1, 2026
Home Sport Edin Dzeko se jagħti l-addio lit-team nazzjonali ta’ Bosnja fil-partita kontra l-Isvezja

Edin Dzeko se jagħti l-addio lit-team nazzjonali ta’ Bosnja fil-partita kontra l-Isvezja

0
57

Fl-etá ta’ 40 sena u wara 151 dehra, Edin Dzeko se jilgħab għall-aħħar darba mat-team nazzjonali ta’ Bosnja u Herzegovina. Iċ-“Ċinju ta’ Sarajevo” se jilbes il-flokk tal-pajjiż għall-aħħar darba, il-Ġimgħa,  fit-2 ta’ Ottubru kontra l-Isvezja, fl-Istadium Bilino Polje, f’Zenica.

Dzeko kien diġà ħabbar id-deċiżjoni tiegħu u f’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali qal li qatt ma seta’ jimmaġina kemm se jkun emozzjonat meta jasal il-mument tal-addio. Huwa qal li xejn fil-karriera tiegħu ma kien jagħtih l-istess sens ta’ kburija bħal meta jilbes il-flokk tal-Bosnja.

L-attakkant qal li din kienet ħolma li kellu minn tfulitu u li wettaqha f’kull waħda mill-151 okkażjoni li rrappreżenta lil pajjiżu. Kważi 20 sena wara d-debutt tiegħu kontra t-Turkija, Dzeko qal li issa wasal iż-żmien li jagħmel pass lura, wara li dejjem ta kollox għat-team nazzjonali.

Bħalissa ma’ Schalke 04 fil-Bundesliga, Dzeko jibqa’ figura storika tal-football Bosnjan. L-eks player ta’ Roma u Inter mhux biss huwa l-aqwa skorer fl-istorja tal-pajjiż, iżda kien ukoll captain u simbolu ta’ tama għal nazzjon li għadda minn żminijiet diffiċli.

Huwa mexxa lill-Bosnja għall-ewwel kwalifikazzjoni storika tagħha għat-Tazza tad-Dinja, fil-Brażil fl-2014, u kien ukoll protagonist fir-rebħa memorabbli kontra l-Italja, f’Zenica, f’Marzu li għadda.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here