Sunday, November 24, 2024

Il-Parlament tal-UE jitlob lil Malta u lill-Polonja jiddikriminalizzaw l-abort

Aqra wkoll

Il-Membri Parlamentari Ewropej bi 336 vot favur, 163 kontra u 39 astensjoni vvotaw favur riżoluzjoni biex id-dritt għall-abort jiddaħħal fiċ-Charter tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

B’dan il-mod il-Parlament Ewropew qiegħed iħeġġeġ lil Malta u anke lill-Polonja biex jillegalizzaw l-abort u dan skont il-202 linja gwida tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.

Il-Membri Parlamentari Ewropej Laburisti Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar, u l-Membru Parlamentari Ewropew David Casa vvutaw kontra. Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant astjena. Cyrus Engerer li kien wieħed minn dawk li ppropona r-riżoluzzjoni finali, ma setax jivvota għax kien fuq impenji tal-Parlament Ewropew barra l-pajjiż.

L-MEP fir-riżoluzzjoni tagħhom ikkundannaw li l-abort qiegħed jiġi miċħud mit-tobba u f’xi każi wkoll minn istituzzjonijiet tas-saħħa.

Il-Parlament Ewropew ukoll ivvota li l-metodi u l-proċeduri għandhom ikunu parti minnhom ibbligatorja mit-tagħlim li jieħdu t-tobba u anke l-istudenti tal-mediċina. Huma vvotaw favur ukoll li l-kontraċettivi għandhom jingħataw b’xejn b’mod speċjali lill-persuni meqjusin bħala vulnerabbli.

Sport