Wednesday, July 24, 2024

Kingsley Coman mistenni jitlaq lil Bayern Munich

Aqra wkoll

Il-plejer Franċiż Kingsley Coman hu determinat li jitlaq lil Bayern Munich sabiex imur jilgħab fil-Premier League Ingliż. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u ilu mat-tim mill-Bavarja disa’ snin. L-eks plejer ta’ Juventus mhux kuntent fuq kif żvolġew l-affarijiet fl-Allianz Arena u talab li jiġi trasferit.

Għalkemm ma ssemmewx klabbs Ingliżi li huma interessati fih, Coman mhux se jilgħab fil-Ġermanja fl-istaġun li ġej. Id-diriġenti ta’ Bayern Munich qed jistmawh li jiswa madwar €70 miljun.

Ekonomija

Sport