Tuesday, May 21, 2024

Ernesto Valverde lura ma’ Barcelona?

Aqra wkoll

Gazzetti Spanjoli qed jirrapportaw li l-president ta’ Barcelona Joan Laporta hu lest li jġib lura lil Ernesto Valverde bħala kowċ sabiex jieħu post Xavi Hernandez li se jħalli lil Blaugrana fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Valverde bħalissa qed jikkowċja lil Athletic Bilbao u qed jirnexxi mhux ftit magħhom hekk kif għadhom kemm rebbaħhom it-tazza tar-re wara aktar minn 40 sena.

Valverde mexxa lil Barcelona bejn l-2017 u l-2020 meta tneħħa mill-kariga f’Jannar ta’ dik is-sena.

Sport