Sunday, December 22, 2024

Pass minn Mosta lejn is-salvazzjoni

Aqra wkoll

Mosta …………..3

Hibernians ……1

Mosta dawru telfa f’rebħa fuq Hibernians bl-iskor ta’ 3-1 biex għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni.

Kienu l-Pawlisti li fetħu l-iskor kmieni fil-partita me­ta fis-sitt minuta  ngħataw penalty wara li l-goalkeeper Mosti, David Udoh Akpan, waqqa’ lil Rodney Antwi fil-kaxxa … u mill-11-il metru ALEX BRUNO DA SOUZA SILVA ma żbaljax.

Fit-18-il minuta, Jurgen Degabriele ġiegħel lil Akpan iwettaq save kbir u minuta biss wara Mosta resqu viċin meta Armen Hovhannisyan kellu l-konklużjoni tiegħu minn pożizzjoni ideali li ġiet salvata mill-goalkeeper Hugo Sacco li ħa post Ibrahim Kone li ntemmlu l-kuntratt. 

Fis-36 minuta, Mosta kisbu d-draw meta GUSTAVO CHARA VALOIS b’kordinazzjoni mill-aqwa, ikkontrolla tajjeb u minn tarf il-kaxxa tefa’ l-ballun wara Sacco.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernains, ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv li jerġgħu imorru fil-vantaġġ u fis-57 minuta, iż-żagħżugħ Lucas Caruana spara xutt mid-distanza li ġie salvat f’corner bi bravura minn Akpan.

Huma komplew jattakkaw u fit-62 minuta, Rodney An­twi, minn pożizzjoni  angolata tefa’ għoli.

Iżda kontra x-xejra tal-logħob, fit-73 minuta,  kienu Mosta li dawru l-iskor favur tagħhom, meta s-sostitut THOMAS TEGWI permezz ta’ xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa, tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, fost id-dellirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi Mostin.

Huma komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u ta’ dan ġew ippremjati meta fis-87 minuta, issiġillaw ir-rebħa meta s-sostitut JEAN PAUL FARRUGIA  minn pożizzjoni ideali spara l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Grazzi għal dan il-goal, il-partita kienet mirbuħa u mitlufa minkejja li l-Pawlisti ppruvaw jagħmlu xi forma ta’ reazzjoni.

Iżda Mosta għarfu jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 4-Gustavo Adolfo Chara Valois, 8-Damian Aneni Evans (11-Christian Nnaji 92), 9-Henry Chidera Nwoga, 18-Armen Hovhannisyan, 19-Ben Aziz Dao, 20-Willie Britto, 21-Nathan Agius (30-Jean Paul Farrugia 76), 27-Jamie Scerri (10-Linus Precious Tenebe 46), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (5-Sasha Cachia 76)   – Coach: Joseph Grech

HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 6-Lucas Caruana (20-Artem Radchenko 85), 8-Robert Bairam, 10-Jurgen Degabriele, 21-Alex Bruno Da Souza Silva, 23-Claudio Bonanni, 25-Mamadou Bagayoko (22-Gabriel Artiles 17), 77-Rodney Antwi (9-Sime Zuzul 75), 99-Gabriel Fernandes Alves   – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: A. Bruno Da Silva Souza pen. 6 (H), G. A. Chara Valois 36, T. Tegwi 73, J. P. Farrugia 87 (M) 

AMMONIT: L. P. Tenebe (M)

Ekonomija

Sport