Wednesday, July 24, 2024

French Open: Djokovic jirbaħ logħba li damet sat-3.00 am

Aqra wkoll

Novak Djokovic għadda minn konfront epiku ta’ ħames sets kontra t-Taljan, Lorenzo Musetti, fil-French Open, li ntemm fit-03.07 ta’ filgħodu ħin lokali f’Pariġi.

Il-logħba tat-tielet round li ma bdietx qabel l-10.37 pm tas-Sibt, lejn tmiem ġurnata affettwata mix-xita f’Ro­land Garros, iċ-cham­pion renjanti ssielet lura minn żewġ sets għal wieħed biex rebaħ 7-5 6-7 (6-8) 2-6 6-3 6-0.

Il-player ta’ 37 sena mis- Serbja deher li kien f’xifer li jiġi eliminat mit-tournament mill-ispirat Musetti, li huwa t-30 seed.

Iżda r-riġuvenat Djoko­vic sab momentum ġdid f’nofs ir-raba’ set, ikkalkula sitt breaks konsekuttivi ta’ service qawwija – u mbagħad saret faċli biex kiseb ir-rebħa fis-set deċiżiv li huwa ħa b’whitewash.

Kien hemm tgħanniqa kordjali bejn il-koppja fi tmiem il-partita, bi Djoko­vic jingħaqad mal-folla tal-Philippe Chatrier Court biex ifaħħar lill-avversarju tiegħu f’dik li kienet l-aktar tmiem tard fl-istorja ta’ dan l-Open.

Ir-rebħa f’erba’ sigħat u 29 minuta kompliet it-tentattiv tan-numru wieħed tad-dinja għar-raba’ titlu tiegħu f’Roland Garros fejn fl-aħħar 16 se jilgħab kontra t-23 seed, Francisco Cerundolo tal-Arġentina, li għe­leb lill-Amerikan, Tommy Paul, 3-6 6-3 6-3 6-2.

“Ma rridx nidħol fuq l-is­keda. Għandi l-opinjonijiet tiegħi iżda naħseb li llum hemm affarijiet kbar fuq­hiex nitkellmu f’din il-partita,” qal Djokovic.

“Kemm Lorenzo u l- prestazzjonijiet tiegħi jis­pikkaw għalhekk ma rridx inkun qed nitkellem dwar l-iskeda. Naħseb li xi affarijiet setgħu ġew immaniġ­ġjati b’mod differenti iżda hemm ukoll sbuħija fir- rebħ ta’ partita daqstant tard.”

Bħala żagħżugħ, Musetti mbotta lil Djokovic mill-qrib fir-raba’ round f’Roland Garros fl-2021 qabel irtira mweġġa’ fil-ħames set.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena beda veloċi f’din l-okkażjoni wkoll, fejn kiser is-service fit-tielet game tal-partita, għalkemm Djokovic wieġeb immedjatament u mbagħad għeleb lill-avversarju tiegħu f’rally twil biex ikkonverta l-ewwel set point tiegħu.

Iżda Musetti ssielet lura fejn l-ewwel ippareġġa b’tiebreak u wara anke mar minn fuq iżda finalment kienet wisq għat-Taljan li tilef l-aħħar żewġ sets li fihom rebaħ tliet games biss fir-raba’ wieħed.

CARLOS ALCARAZ KONTRA TSITSIPAS

It-tielet seed, l-Ispanjol Carlos Alcaraz, għamel dikjarazzjoni ta’ intenzjoni oħra billi għeleb lil Felix Auger-Aliassime, biex jasal sal-kwarti-finali.

Alcaraz, ta’ 21 sena, rebaħ 6-3 6-3 6-1 kontra l-21 seed Kanadiż f’ġurnata rari mingħajr xita f’Pariġi.

Iċ-champion renjanti ta’ Wimbledon issa se jiffaċċja lid-disa’ seed, il-Grieg Stefanos Tsitsipas fl-aħħar tmienja.

Tsitsipas, li qed jagħmel tentattiv biex jikseb l-ew­wel titlu ewlieni tiegħu, ġie minn wara biex għeleb lin- numru 35 tad-dinja, it-Taljan Matteo Arnaldi, 3-6 7-6 (7-4) 6-2 6-2.

Min-naħa tiegħu Alcaraz qed jimmira għall-ew­wel titlu tiegħu tal-French Open, wara li diġà rebaħ il-US Open u Wimbledon.

IGA SWIATEK TIBQA’ GĦADDEJJA

In-numru wieħed tad- dinja tan-nisa, il-Pollakka Iga Swiatek, ma setgħetx tikseb rebħa iktar faċli meta ltaqgħet kontra r-Russa, Anastasia Potapova, u għelbitha b’whitewash dop­pju, 6-0 6-0.

Anke s-seed numru 3, l-Amerikana Coco Gauff għaddiet għall-kwarti-finali meta warrbet lil Elisabetta Cocciaretto tal-Italja, 6-1 6-2.

Marketa Vondrousova tar-Repubblika Ċeka, li hija seed numru 5, kisbet rebħa tajba meta għelbet lis-Serba, Olga Danilovic f’żewġ sets ukoll, 6-4 6-2.

Finalment l-aħħar mara li kkwalifuikat għall-aħħar tmienja l-bieraħ kienet it- Tuneżina, Ons Jabeur, li għelbet lid-Daniża, Clara Tauson, 6-4 6-4.

Ekonomija

Sport