Friday, December 20, 2024

213-il koppja u individwu jibbenefikaw mill-iskema Home Deposit

L-akbar intopp għaż-żgħażagħ kien l-10% depożitu biex jiffirmaw bil-konvenju

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni, Roderick Galdes, f’konferenza stqarr li ftit tal-ġimgħat ilu, statistika Ewropea wriet li pajjiżna għandha fost l-akbar żgħażagħ li jitilqu mid-dar li trabbew fiha u jfendu għal rashom.

“L-età medja fl-2020 kienet ta’ madwar 30 sena. Hemm bosta raġunijiet,” tenna l-Ministru Galdes. Huwa spjega li l-edukazzjoni hija waħda  minn dawn il-fatturi. Filwaqt li qal li l-għażliet li l-individwi Maltin huma differenti minn dak li għamlu 10 snin jew 20 sena ilu, huwa qal li bħala  stat sar minn kollox biex jiġi żgurat li l-ġenerazzjoni li jmiss ikollha edukazzjoni tajba u jiftħu bibien għal-karrieri ta’ suċċess. Minn naħa l-oħra huwa spjegali l-affordabilità hija sfida reali ukoll. “

Huwa stqarr li kif meta saret riċerka, din uriet li l-akbar diffikultà għal numru ta’ żgħażagħ kien l-10% depożitu li bih ikunu jistgħu jiffirmaw il-konvenju fuqu. 

“Mhux faċli għal persuna li għadha qed tibni ħajjitha li jkollha ċertu assi. Dik nifmuha u nirrikonoxxuha.” 

Għaldaqstant, jgħid li l-Awtorità tad-Djar, fl-2020, introduċiet skema ta’ Home Deposit li fih il-Gvern jislef 10% depożitu lill-koppji jew persuni individwali u jħallas kompletament l-imaxx tiegħu. Din l-iskema li hija miftuħa għall-etajiet bejn 21 sena u 39 sena, ibbenefikaw minna 213 koppja jew individwu. 63% ta’ dawn kienu persuni  taħt it-30 sena. 

Sadanittant, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-djar, Leonid Mckay, spjega kif l-ammont medju tal-valur proprjetà li ntraw kienet dik ta’ €159,926. Dan filwaqt li elenka li l-aktar lokalitajiet preferuti kienu l-Fgura, San Pawl il-Baħar u Birkirkara

“Ngħiduha kif inhi, hija sikkina li taqta minn żewġ naħat. Fuq naħa hemm il-fatt li Malta huwa pajjiż ta’ sidien b’rata ta’ homeownership li tlaħħaq it-80% li jfisser kwalunkwe żieda fil-valur, qed issaħħaħ lil dawk il-familji Maltin li huma sidien ta’ darhom,” qal il-Ministru. 

Fl-istess waqt huwa spjega li minn naħa l-oħra għandek lill-ġenerazzjoni ‘l ġdida, li bħal ta’ qabilha għandha l-ħolm tagħha li jixraqilha wkoll tilħaq l-ispirazzjonijiet tagħha. “Il-ġenerazzjoni l-ġdida ma ħallejnijiex lanqas waħedha,” spjega l-Ministru għall-Akkomodazzjoni. 

Ekonomija

Sport