Tuesday, July 21, 2026
Home Soċjal 22 tifel u tifla jingħataw apparat elettroniku biex jikkomunikaw

22 tifel u tifla jingħataw apparat elettroniku biex jikkomunikaw

0
875

Illum kienet ġurnata speċjali għal 22 tfal hekk kif il-ħajja tagħhom se tkun qed tinbidel għall-aħjar. Dan għaliex huma għandhom kemm irċevew apparat li bih mhux biss se jgħinhom biex jikkomunikaw iżda saħansitra jitgħallmu.

Dan l-apparat huwa tassew strumentali u ta’ għajnuna kbira għal dawn it-tfal li mhumiex verbali minħabba d-diżabilità tagħhom bħal dik tal-awtiżmu.

Permezz tiegħu huma se jkunu jistgħu jesprimu ruħhom u jżidu l-interazzjoni soċjali tagħhom filwaqt li jgħinhom jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

Dan l-apparat, li ngħata b’xejn minn The Malta Trust Foundation, jista’ jiswa madwar €6,000.