Monday, October 21, 2024

Aqra wkoll

Newcastle iġeddu l-kuntratt ta’ Dan Burn

Newcastle United ġeddew il-kuntratt tad-difensur tagħhom Dan Burn. Dan tal-aħħar għandu 32 sena u hekk kif il-ftehim eżistenti kien jiskadi fis-sajf li ġej, id-diriġenti tal-Magpies iddeċidew li jestendu s-servizzi tiegħu sa Ġunju 2024.

Burn ingħaqad ma’ Newcastle United fis-sena 2022 u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 95 logħba u skorja tliet gowls.

Fil-passat Burn lagħab ukoll Wigan, Brighton and Hove Albion u Fulham.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport