Thursday, September 10, 2026
Home Sport UEFA Champions Lge: Paris SG u Ferran Torres jibdew id-difiża tat-titlu bil-kbir

UEFA Champions Lge: Paris SG u Ferran Torres jibdew id-difiża tat-titlu bil-kbir

0
48

Paris Saint-Germain bdew id-difiża tat-titlu taċ-Champions League b’rebħa kbira fuq Slovan Bratislava. 

Ferran Torres kien l-eroj tal-logħba, hekk kif skorja hat-trick fid-debutt Ewropew tiegħu mal-club Franċiż. 

Ousmane Dembele fetaħ l-iskor wara 17-il minuta, meta skorja mir-rebound wara xutt qawwi ta’ Nuno Mendes li ħabat mal-lasta. Sitt minuti wara, Dembele reġa’ skorja, din id-darba b’daqqa ta’ ras wara cross devjat ta’ Dro Fernandez. 

Imbagħad Dembele għen lil Torres (31) jiskorja l-ewwel goal tiegħu, meta tefa’ cross perfett lejn iż-żona ż-żgħira. Torres skorja t-tieni goal tiegħu ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima u. fis-56 minuta, kompla l-hat-trick tiegħu billi dawwar fix-xibka mill-corner ta’ Dembele. 

Slovan skorjaw goal ta’ konsolazzjoni permezz ta’ Suleiman Camara (81). 

Imbagħad Fabian Ruiz issiġilla r-rebħa tliet minuti mit-tmiem. 

Din ir-rebħa kbira tista’ tnissel fiduċja lil Paris SG, speċjalment wara bidu diffiċli f’Ligue 1, fejn għadhom ma rebħux.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here