Friday, November 22, 2024

23 mewt ta’ persuni barranin fl-Isptar Mater Dei s-sena li għaddiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-2021 kien hemm żieda fil-persuni barranin li mhumiex residenti pajjiżna li mietu fl-Isptar Mater Dei. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt li wieġeb għad-domanda tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Fearne ressaq quddiem il-kamra tabella bil-lista ta’ dawn il-persuni. Skont l-informazzzjoni mressqa, kien hemm 14-il persuna barranin li mietu fl-2020 u 23 persuna li mietu fis-sena li għaddiet

Minn dawk li mietu s-sena li għaddiet kien hemm persuna li twieldet il-Bulgarija, persuna fil-Ġermanja, persuna fl-Ungerija, persuna fl-Indja, erba’ persuni fl-Italja, persuna fil-Libja, persuna fil-Malasja, persuna fil-Filippini, persuna fis-Sirja, persuna fit-Turkija, disa’ persuni fl-Ingilterra u persuna li mhux magħruf il-post tat-twelid tagħhom.

Sport