Saturday, April 20, 2024

23 persuna fi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga u mix-xorb

Aqra wkoll

Fil-preżent, ġewwa l-Komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa, l-aġenzija nazzjonali fil-qasam tal-vizzji u dipendenzi, fi ħdan l-FSWS bħalissa hemm 17-il klijent li qed jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. Minn dawn 11 huma rġiel filwaqt li sitta huma nisa.

Minn dawn is-17-il klijent, disgħa ppreżentaw problema ta’ kokaina, tmienja ppreżentaw problema ta’ eroina u ħadd ma ppreżenta problema relatata mal-kannabis.

Intant, fil-Komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa fi ħdan l-FSWS kien hemm 13-il resident li ppreżentaw problema primarja ta’ xorb. Bħalissa hemm sitt residenti li qed jagħmlu programm residenzjali f’dan ir-rigward. Minn dawn tlieta huma nisa filwaqt li tlieta oħra huma rġiel. Hemm ukoll klijent ieħor li semma l-alkoħol bħala l-problema sekondarja tiegħu.

Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fi tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari li sarulu mid-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.

Sport