Wednesday, April 24, 2024

L-opinjonista Simon Mercieca: Is-surveys urew li l-PN qed ikompli jitlef in-nies

Aqra wkoll

F’kummentarju li għamel fil-blog tiegħu dwar iż-żewġ stħarriġ politiċi ta’ nhar il-Ħadd li għadda, l-opinjonista Dr Simon Mercieca jgħid li l-partit nazzjonalista huwa partit maqsum u mifrud u l-bidla tal-mexxej ma ġabet l-ebda għaqda anzi kompliet il-firda fil-PN.

Fil-blog tiegħu, Dr Mercieca jirrimarka illi raġuni oħra li għaliha l-partit nazzjonalista qed ikompli jitlef in-nies tiegħu stess hija n-negattivita tar-rappreżentanti tiegħu.

Saħansitra jgħid illi meta tisma lid-deputati prinċipali tal-partit nazzjonalista jitkellmu, dejjem idoqqu l-istess qanpiena, kollox ħażin f’dan il-pajjiz. Issa, li splodiet il-kwistjoni tal-abort, aktar ħa tnaffar Nazzjonalisti mill-partit tagħhom stess.

Dr Mercieca josserva illi meta saru is-surveys ta’ nhar il-Ħadd li għadda fit-Torċa u fil-Maltatoday, ma kienx hemm l-aħħar xenati fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi fejn it-tliet deputati Nazzjonalisti aġixxew b’mod disturbanti u mhux xieraq.

“Dawn huma l-mumenti li fihom ftit mid-deputati nazzjonalisti qed ikomplu jsammru l-imsiemer fit-tebut tal-partit tagħhom stess”.

Meta wieħed jaħseb fuq dawn l-affarijiet u jisma lin-nies li darba kienu akkaniti, jitbiegħdu mill-Partit Nazzjonalista, allura s-sostenituri bilfors jistaqsu kif jista’ l-partit tagħhom jirbaħ lil dan il-gvern?

Quddiem ir-riżultat ta’ dawn iż-żewġ surveys, Dr Mercieca, filwaqt li jgħid li jagħmel sew Bernard Grech li jipprova jżomm wiċċ kuraġġjuz, iżda lanqas hu sewwa li Bernard Grech jipprova jgħaddi n-nies biż-żmien meta jitkellem dwar is-surveys.

Sport