Monday, May 13, 2024

24 każ ġdid ta’ Covid-19 u mfejqa sitt persuni

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 24 każ ġdid u rkupraw sitt persuni mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 281.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19 ntqal li bħalissa hemm seba’ persuni u li minnhom hemm persuna li tinsab fit-Taqsima tal-kura intensiva.

It-total tal-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 459 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 839,636 doża tal-vaċċin li minnhom 23,535 huma booster dose.

Sport