Thursday, December 26, 2024

24 Siegħa ta’ Sfida għall-parteċipanti tar-Rolex Middle Sea Race

Aqra wkoll

Bir-Rolex Middle Sea Race tal-2024 għaddejja għall-aktar minn 24 siegħa, l-istorja s’issa kienet dominata minn varjazzjonijiet drammatiċi fil-kundizzjonijiet tar-riħ u tal-baħar. Fis-16:00, il-biċċa l-kbira tal-flotta kienet qed tivvjaġġa f’kundizzjonjiet ħfief, mifruxa bejn Capo Murro di Porco fin-nofsinhar u nofs triq bejn il-gżejjer ta’ Alicudi u Ustica fil-kosta tat-tramuntana ta’ Sqallija.

Black Jack 100 ta’ Remon Vos żamm vantaġġ żgħir fuq Scallywag 100 ta’ Huang-Seng Lee mill-Hong Kong u l-jott tal-Istati Uniti ta’ Bryon Ehrhardt, Lucky ta’ 88 pied, b’Balthasar il-Maxi72 għadu fl-isfond. Xi 12-il jott għaddew minn Stromboli. Il-ħinijiet f’dan il-punt ta’ transitu poġġew lil jott  Ġermaniż Black Pearl ta’ Stefan Jentszch fl-ewwel post fuq l-IRC b’distakk ta’ ftit minuti fuq Balthasar u t-Teasing Machine ta’ Eric de Turckheim, ir-rebbieħ Franċiż tal-edizzjoni tal-2022. Bi bosta jottijiet għadhom ma darux mal-vulkan il-kompetizzjoni għat-trofew tar-Rolex Middle Sea Race għadha ’l bogħod milli tintemm.

112 jottijiet telqu minn Grand Harbour Valletta s-Sibt. Iċ-ċirkustanzi ma kinux sempliċi hekk kif is-sistema ta’ pressjoni baxxa dominanti kompliet tfixkel is-saħħa u d-direzzjoni prevalenti tar-riħ. It-temp instabbli u sħun kien ukoll qed jiġġenera mewġ qawwi u sajjetti.

Meta l-jottijiet resqu lejn l-iktar kantuniera tan-nofsinhar ta’ Sqallija, r-riħ tela’ minn 12-15 -il mil nawtiku fis-siegħa għal 40 mil nawtiku fis-siegħa. Il-bidla f’daqqa ma wriet l-ebda rispett għall-esperjenza jew id-daqs. Diversi jottijiet sofrew ħsara fil-qlugħ u tlett jottijiet sofrew ħsarat fl-arblu tagħhon. B’kollox, 29 il-jott ġew sfurzati jirtiraw wara din l-episodju estrema. L-iktar jott b’profil għoli li kien affettwat kien Bullitt, ir-rebbieħ tas-sena l-oħra.

Il-veteran John Ripard Jr, li qed jikkompeti fit-30 Rolex Middle Sea Race tiegħu u li qed jbaħħar double handed ma’ ibnu Tommy fuq il-jott Malti Lazy Duck stqarr, iktar kmieni fil-għodu li  “Kienu 24 siegħa diffiċli ħafna s’issa,” qal Ripard. “Baħar qawwi ta’30 minuta ta’ intensità kbira laqtilna.

Ħriġna minn dak imbenġlin iżda mhux imkissrin – minbarra xi tbenġil kelnna xi ħsarat f’istrumenti tar-riħ tagħna, li għadna ma rnexxilniex nsewwu” Christoph Podesta, co-skipper tal-jott Elusive 2, ukoll mill-Malta u kompetitur ieħor midħla tat-temp tal-Mediterran, bagħat rapport li spjega dak li ġara l-lejl ta’ qabel. “Kellna riħ b’saħħtu ħafna lbieraħ wara nofsinhar b’maltempata kbira u drammatika fil-viċin tagħna,” huwa kkonferma. 

Illum filgħodu u għall-maġġoranza tal-ġurnata s-sitwazzjoni kienet bil-kontra, kif spjega Ripard. “L-ewwel 12-il siegħa ta’filgħodu kienu bla riħ. Dan tagħna l-opportunita li nirranġaw xi affarijiet fuq id-dgħajsa” Podesta żied: “B’mod ġenerali kellna lejl b’progress mgħaġġel. Iżda issa sfortunatament għandna riħ ħafif ħafna. Qed nippruvaw navvanzaw lejn il-Messina Strait iżda r-riħ ma’ kienx qed jikkoopera.” 

Fl-16:00 xi 24 dgħajjes kienu għaddew u daħlu fil-Baħar Tyrrhenian.

It-tim Franċiż Long Courrier, misjuq minn ‘Géry Trentesaux u Alexis Loisin, it-tnejn rebbieħa ta’ din ir-race u tal-Rolex Fastnet Race, stqarru li  “Wara lejl interessanti, qed nersqu lejn l-Istrett ta’ Messina. Kulħadd qiegħed tajjeb u qed inħarsu ‘l quddiem għal ġurnata tajba,” ikkummenta Trentesaux. Loisin żied: “24 siegħa mill-bidu tat-tellieqa, qegħdin fil-qrib tal-istrett ta’Messina. Qegħdin b’forma tajba fl-ewwel post tal-klassi” Long Courrier ħarġet mill-Istrett fis-11:35 ĊES u sal-aħħar wara nofsinhar kienet 11-il mil nawtiku minn Stromboli.

Ekonomija

Sport