Tuesday, September 29, 2026
Home Sport Waterpolo: Sliema ASC iħabbru l-akkwist tal-player internazzjonali Kanadiż, Bogdan Djerkovic

Waterpolo: Sliema ASC iħabbru l-akkwist tal-player internazzjonali Kanadiż, Bogdan Djerkovic

0
62

Sliema ASC ħabbru li l-player internazzjonali Kanadiż ta’ 25 sena, Bogdan Djerkovic, se jingħaqad mal-klabb għall-istaġun tax-xitwa u għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-European Aquatics Water Polo Challenger Cup.

Dan is-‘centre’ b’saħħtu, twil 1.98 metri, huwa l-captain tat-tim nazzjonali tal-Kanada u rrappreżenta lil pajjiżu f’diversi kompetizzjonijiet internazzjonali ewlenin, fosthom il-Kampjonati tad-Dinja tal-Aquatics u l-Pan American Games.

Djerkovic qed jingħaqad ma’ Sliema wara tliet staġuni ta’ suċċess mal-klabb Ewropew rinomat VK Jug Dubrovnik, fejn rebaħ il-LEN Euro Cup, żewġ Tazzi Kroati u s-Super Cup Kroata.

Qabel ma sar professjonist fl-Ewropa, Djerkovic kellu karriera universitarja mill-aqwa mal-University of the Pacific. Bħala player li darbtejn ġie magħżul fit-tim tal-“All-American”, huwa għen lit-tim tat-“Tigers” jirbaħ it-titlu tal-Golden Coast Conference u jikkwalifika għall-Kampjonat tal-NCAA.

M;hemmx dubju li l-preżenza fiżika, l-esperjenza internazzjonali u l-kwalitajiet ta’ tmexxija tiegħu se jagħtu spinta kbira lill-iskwadra ta’ Sliema qabel il-kompetizzjonijiet tax-xitwa u l-kampanja Ewropea tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here