Liam Galea ddeċieda li jħalli lil Sliema ASC u jibda l-kapitlu li jmiss tal-karriera tiegħu ma’ klabb ieħor.
Matul iż-żmien tiegħu mal-klabb, Liam kien parti minn tim li kiseb suċċessi sinifikanti, inkluż id-double tal-Kampjonat u n-Knock-Out fl-2024 — fejn irnexxielhom jirritornaw it-titlu tal-kampjonat lejn tas-Sliema wara 15-il sena — kif ukoll kisbu riżultati storiċi fix-xena Ewropea matul l-aħħar żewġ staġuni.
Fi stqarrija Sliema ASC irringrazzjaw lil Liam għall-impenn u l-kontribut tiegħu lejn Sliema ASC, kif ukoll għar-rwol li kellu f’dawn il-kisbiet.
Dan filwaqt li huma awgurawlu kull suċċess għall-futur u fil-kapitlu li jmiss tal-karriera tiegħu.




