Wednesday, April 17, 2024

24,891 liċenzji tas-sewqan maħruġa lil ċittadini barranin fl-aħħar ħames snin

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħames snin li jiffser mill-2018 sal-lum inħarġu 24,891 liċenzji tas-sewqan maħruġa lil ċittadini barranin. Dan ħareġ minn tweġiba għal mistoqsija Parlamentari li d-Deputat Nazzjonalista Chales Azzopardi għamel lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia.

Minn din it-tweġiba ħareġ li 8,152 ġew skambjati minn liċenzji maħruġa minn pajjizi tal-Unjoni Ewropea, jew li Malta għanda ftehim magħhom għall-iskambju tal-liċenzji filwaqt li 16,739 kienu applikazzjonijiet għall-ewwel liċenzja Maltija bit-test tal-prattika.

Il-Ministru ried jiċċara li jista’ jkun hemm xi diskrepanzi żgħar minn ċifri preċedenti pprovduti – dan minħabba li l-istatus tad-detenturi tal-liċenzja tas-sewwieq huwa dinamiku, u ikun hemm sejbien ta’ bidliet riċenti fir-rappurtar bħal bidla fin-nazzjonalità, liċenzji li ġew skambjati ma ta’ pajjiż ieħor, bidla tal-karta tal-identità għall-Maltija, liċenzji tas-sewqan li ġew revokati, sospiżi jew skwalifikati u persuni li m’għadhomx isuqu u/jew deċeduti.

Għalhekk liċenzji bħal dawn ma jitilgħux u ma jidhru fl-ebda rapporti.

Ekonomija

Sport