Wednesday, April 24, 2024

Il-Ġermanja tagħti permess lil Polonja biex tibgħat it-tankijiet tal-gwerra lill-Ukrajna

Aqra wkoll

Anna Baerbock, il-Ministru tal-Ġermanja għall-Affarijiet Barranin qalet li mhux se żżomm lill-Polonja f’każ li l-pajjiż jiddeċiedi li jagħti lil President Volodymyr Zelensky tankijiet tal-gwerra magħrufin bħala Leopard 2, mhux ser tkun qegħda twaqqafhom.

Żiedet tgħid li għalkemm il-Polonja ma talbitx il-permess tal-Ġermanja biex tibgħat it-tankijiet lill-Ukrajna, il-Gvern tal-Ġermanja mhux se joġġezzjona f’każ li l-awtoritajiet f’Varsavja jieħdu din id-deċiżjoni.

L-Ukrajna kemm-il darba talbet l-għajnuna mingħand il-pajjiżi tal-Punent. Dan għaliex it-tankijiet li għandhom il-Polonja, huma maħdumin il-Ġermanja. L-Uffiċjali ta’ Kiev jemmnu dawn it-tankijiet huma bżonnjużi sabiex jegħlu lill-militar Russu f’pajjiżhom. Minkejja dan, il-Ġermanja sa issa ma tat l-ebda indikazzjoni jekk hux ser tkun qegħda tipprovdi vetturi armati lill-Ukreni.

Mateusz Morawiecki, il-Prim Ministru tal-Polonja, qal li l-Gvern tiegħu għandu jitlob l-awtorizzazzjoni minn Berlin waqt li għamilha ċara li l-Polonja se tipprovdi lill-Ukreni b’dawn it-tankijiet bil-permess u anki mingħajru.

Madwar id-dinja bħalissa hemm madwar 2,000 tank Leopard. Il-President Zelensky jinsab konvint li jekk l-Ukrajna tingħata 300 tank, l-Ukreni għandhom jegħlbu l-qawwiet tal-President Russu Vladimir Putin.

Sport