Id-Die Cast & Scale Model Society se tiċċelebra l-25 anniversarju mit-twaqqif tagħha b’edizzjoni speċjali ta’ “The Biggest Little Motor Show in Malta”.
Il-wirja se tlaqqa’ madwar 50 esebitur b’kollezzjonijiet ta’ minjaturi ta’ karozzi klassiċi, moderni u sportivi, trakkijiet, karozzi tal-linja, muturi u ajruplani, fost oħrajn.
Il-pubbliku se jkollu wkoll l-opportunità jammira diversi dioramas, fosthom mudell ta’ ċirklu uniku f’Malta u xeni ta’ ferroviji mekkaniċi.
L-attività se sservi wkoll biex jitfakkar il-mibki Tarcisio Saliba, li kien il-moħħ wara t-twaqqif tal-għaqda fl-2001.
📅 Mill-5 sat-8 ta’ Diċembru 2026
📍 Ċentru Pastorali Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Biżantini, il-Qrendi
🎟️ Dħul mingħajr ħlas
Il-pubbliku huwa mistieden iżur din il-wirja li tiċċelebra kwart ta’ seklu ta’ passjoni, kreattività u dedikazzjoni.
