Super Bonus, tnaqqis fit-taxxa u sussidji għall-enerġija – Robert Abela jisħaq fuq aktar ħidma favur il-familji Maltin u Għawdxin

Aqra wkoll

Fl-intervista tal-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru wieġeb ukoll dwar il-qasam tat-trasport fejn il-Gvern għandu l-pjan ħolistiku tal-Malta in Motion li b’responsabbiltà qed jagħmel studji tekniċi dwar anki il-vijabilità tat-trasport tal-massa u mhux bl-irresponsabbiltà ta’ ħaddieħor li semma li fi tliet xhur jibda dan il-proġett massiċċ. Dr Abela semma wkoll it-trasport bil-baħar u t-triq ’il quddiem biex tinħareġ il-konċessjoni ġdida wara li se tagħlaq dik preżenti dwar it-trasport pubbliku.

Il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb ukoll fuq il-qasam artistiku u rrefera għall-kummenti insensittivi iżda rrimarka li l-Ministru Malcolm Paul Agius Galea huwa persuna ġenwina u jaf li mgħobbi b’responsabbiltà biex il-fiduċja li xxelfet issa jaħdem bis-saħħa biex ikompli jimbotta ’l quddiem l-aspirazzjonijiet tal-artisti. Mistoqsi dwar riforma fil-ġurijiet, il-Prim Ministru rrimarka li wieħed irid jirrikonoxxi wkoll it-tempistika ta’ bidla f’sitwazzjoni fejn għandek każijiet li jkun sub-judice. Qal li riforma ma tistax tħares lejha minn verdetti u rrimarka li allaħares ikollna dubju mill-ħila tal-poplu li kellek minn fost minnu li kien ġurija tal-fatt.

Il-Prim Ministru Robert Abela temm l-intervista fejn saħaq li għandna pajjiż li f’ċirkostanzi ta’ sfidi internazzjonali madwarna, il-pajjiż qed jagħti super bonus, tax cut li tirdoppja għall-ħaddiema ġenituri u kompla jagħti s-sussidju. Qal li hu jkompli jħares ’il quddiem għal aktar ħidma biex il-manifest elettorali ambizzjuż li għandu l-Gvern iwettqu kollu favur il-familji Maltin u Għawdxin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport