Għadd ta’ pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom lejl impenjattiv minħabba nirien li ħakmu fabbrika fiż-żona industrijali ta’ Kordin.

In-nirien ġew irrapurtati għall-ħabta tal-11:00 p.m tal-bieraħ u fi ftit minuti għadd ta’ pumpiera u vetturi speċjalizzati kienu diġà fil-post.

Aktar kmieni dagħlodu d-Dipartiment ikkonferma li b’kollox intużaw mal-250,000 litru ta’ ilma kif ukoll 2,000 litru ta’ foam f’din il-ħidma.

Għalkemm s’issa għadu mhux magħruf x’seta’ wassal għan-nirien, jidher li fortunatament ħadd ma ndarab.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.