Il-pulizija mill-Iskwadra tal-Immigrazzjoni u dawk għall-Kommunità aktar kmieni wettqu numru ta’ spezzjonijiet fil-Marsa. Waqt dawn l-spezzjonijiet ġew mitkellma diversi nies ta’ nazzjonalitijiet different u komplew f’numru ta’ proprjetajiet fi Triq is-Serkin, Triq il-Ġerrejja u Triq it-Tiġrija rispettivament.
Matul dawn it-tfittxijiet li saru aktar kmieni dalgħodu l-Pulizija arrestat 27 persuna wara li nstabu li kienu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod illegali.
Dawn il-persuni ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana fejn inbeda l-proċess sabiex dawn il-persuni ma jibqgħux fil-pajjiż.
Il-Pulizija kienet assistita minn uffiċjali mis-Servizz ta’ Detenzjoni. Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.