Wednesday, April 24, 2024

Maria Farrugia tingħaqad ma’ Durham Women

Aqra wkoll

L-attakkanta internazzjonali Maltija, Maria Farrugia, ingħaqdet mat-team tal-Kampjonat tan-Nisa fl-Ingilterra, Durham Women.

Farrugia ngħaqdet ma’ dan il-club wara li ħalliet lil Sunderland fi tmiem l-istaġun li għadda. Mal-Black Cats, hija rebħet promozzjoni mill-FA Women’s National League fl-istaġun 2020/21.

Prodott ta’ Nadur Youngsters, hija lagħbet ma’ Gozo FC f’kompetizzjonijiet organizzati mill-Malta FA. Hija marret tilgħab l-Ingilterra fl-2018 biex tingħaqad ma’ Sunderland.

Sport